Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tad-19 ta’ Lulju 2016 – Earlie vs Il-Parlament

(Kawża F-130/14) 1

(Servizz pubbliku – Uffiċjal – Ex uffiċjal – Somom miżmuma mill-pensjoni tal-irtirar – Pensjoni tal-manteniment favur l-ex konjuġi tal-ex uffiċjal – Digriet ta’ sekwestru adottat minn qorti nazzjonali – Tneħħija tas-sekwestru – Digriet ġdid li jobbliga lill-ex uffiċjal jagħti struzzjonijiet lill-Parlament sabiex iħallas il-pensjoni tal-manteniment lill-ex konjuġi tiegħu – Struzzjonijiet konformi tal-ex uffiċjal – Struzzjonijiet posterjuri tal-ex uffiċjal intiżi sabiex jitwaqqfu l-ħlasijiet lill-ex konjuġi tiegħu – Rifjut ta’ eżekuzzjoni mill-Parlament – Dritt tal-familja – Ġurisdizzjoni esklużiva tal-qorti nazzjonali – Dmir ta’ kooperazzjonali leali)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Thomas Earlie (Sevilla, Spanja) (rappreżentant: D. Bergin, solicitor)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: M. Dean u M. Ecker, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-parti konvenuta: Mary Earlie Gibbons (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentant: H. Millar, solicitor)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li mill-pensjoni tar-rikorrent jitneħħa l-ammont tal-pensjoni tal-manteniment li r-rikorrent huwa obbligat iħallas lill-ex konjuġi tiegħu, li hija deċiżjoni li, skont ir-rikorrent, ittieħdet bi ksur ta’ sentenza ta’ qorti nazzjonali fi proċeduri ta’ divorzju, u talba għad-danni morali u materjali allegatament imġarrba.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Thomas Earlie għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti mill-Parlament Ewropew.

Mary Earlie Gibbons għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

____________

1 ĠU C 34, 2.2.2015, p. 52.