Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Mercantil de Gerona (l-Ispanjol) fil-15 ta’ Ottubru 2018 – OD vs Ryanair D.A.C.

(Kawża C-646/18)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Mercantil de Gerona

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: OD

Konvenuta: Ryanair D.A.C.

Domandi preliminari

L-estensjoni taċita tal-ġurisdizzjoni prevista u rregolata mill-Artikolu 26(1) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali 1 , tirrikjedi xi element oġġettiv ta’ konnessjoni bejn is-suġġett tat-tilwima jew id-domiċilju tar-rikorrenti mal-qorti li quddiemha tressqet it-talba?

L-estensjoni taċita tal-ġurisdizzjoni provista u rregolata bl-Artikolu 26(1) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 teħtieġ, fl-aspetti kollha tagħha, interpretazzjoni awtonoma komuni għall-Istati Membri kollha? Konsegwentement, din l-estensjoni taċita tal-ġurisdizzjoni ma tistax tiġi kkundizzjonata mil-limitazzjonijiet stabbiliti fir-regoli ta’ ġurisdizzjoni interna tal-Istati Membri, li jipprevedu li ma hijiex valida fil-proċeduri fejn, minħabba l-ammont żgħir tat-talba, għandhhom jinstemgħu bi proċedura sommarja, kif stabbilit mill-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili Spanjol?

____________

1 ĠU 2012, L 351, p. 1.