Language of document :

Rikors ippreżentat fit-3 ta' Novembru 2008 - P vs Il-Parlament

(Kawża F-89/08)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: P (Brussell, Il-Belġju) (rappreżentant: E. Boigelot, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Minn naħa, l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Parlament li r-rikorrent jitkeċċa b'notifika minn qabel ta' tliet xhur u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Parlament tal-15 ta' April 2008 li r-rikorrent jitkeċċa b'notifika minn qabel ta' tliet xhur, u li jitneħħielu immedjatament id-dritt għal aċċess għall-Parlament billi jintalab sabiex mill-iktar fis possibbli jrodd lura ċ-ċwievet tal-uffiċċju tiegħu;

konsegwentement, minn naħa, tintegra mill-ġdid u immedjatament, b'effett retroattiv, lir-rikorrent fil-funzjoni li kien fiha qabel, fil-post tax-xogħol u fil-grad li kellu meta ttieħdet id-Deċiżjoni tal-15 ta' April 2008, u, min-naħa l-oħra, tordna l-ħlas tal-paga tiegħu b'effett mill-15 ta' Lulju 2008 sad-data li fiha jiġi integrat mill-ġdid b'mod effettiv, miżjuda b'interessi moratorji ta' 7 % fis-sena;

tikkundanna lill-konvenut għall-ħlas, bħala kumpens għad-dannu morali u preġudizzju għall-karriera, ta' somma ta' EUR 10 000, bla ħsara għal żieda u/jew tnaqqis matul il-kawża;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.

____________