Language of document :

Rikors ippreżentat fl-14 ta' Mejju 2007 - Barbin vs Il-Parlament

(Kawża F-44/07)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Florence Barbin (Il-Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: S. Orlandi, J.-N. Louis, A. Coolen u E. Marchal, avukati)

Konvenuta: Il-Parlament Ewropew

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara l-illegalità tal-punt I.2(c) ta' l-"Miżuri ta' implementazzjoni li jirrigwardaw l-għoti ta' punti ta' mertu u ta' promozzjoni" tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Mejju 2006;

tannulla d-deċiżjoni tas-16 ta' Ottubru 2006 ta' l-Awtorità tal-Ħatra li tagħti lir-rikorrenti punt wieħed ta' mertu skond il-proċedura ta' promozzjoni 2005;

tikkundanna lill-konvenuta tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti, uffiċjal tal-Parlament fil-grad AD 11, tressaq motivi simili ħafna għal dawk invokati fil-kuntest tal-kawża F-148/061.

____________

1 - ĠU C 42 ta' l-24.2.3007, p. 48.