Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzgericht (l-Awstrija) fl-20 ta’ Diċembru 2019 – Titanium Ltd

(Kawża C-931/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Titanium Ltd

Awtorità konvenuta: Finanzamt Wien 1/23

Domanda preliminari 1

Il-kunċett ta’ “stabbiliment permanenti” għandu jiġi interpretat fis-sens li tali stabbiliment għandu dejjem ikollu riżorsi umani u tekniċi u li, għaldaqstant, il-fornitur ta’ servizz għandu neċessarjament ikollu, f’dan l-istabbiliment, persunal proprju tiegħu, jew inkella, fil-każ speċifiku tal-kiri taxxabbli ta’ proprjetà immobbli li tinsab fit-territorju nazzjonali, li jikkostitwixxi biss provvista passiva li permezz tagħha l-fornitur jawtorizza lil terz jagħmel xi ħaġa li huwa ma jkunx jista’ jagħmel mingħajr din l-awtorizzazzjoni (Duldungsleistung), din il-proprjetà immobbli tista’ titqies bħala “stabbiliment permanenti” anki fl-assenza ta’ riżorsi umani?

____________

1 dwar l-interpretazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60), kif emendata bid-Direttiva 2008/8/KE (ĠU 2008, L 44, p. 11) kif ukoll tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 282/2011 tal-15 ta’ Marzu 2011 li jistabbilixxi miżuri ta’ implimentazzjoni fir-rigward tad-Direttiva 2006/112/KE (ĠU 2011, L 77, p. 1).