Language of document :

Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Frar 2012 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-16/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: P. Nelissen Grade u G. Leblanc, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni sabiex tinbidel unilaterlament l-assenjazzjoni tar-rikorrenti.

Talbiet tar-rikorrenti

jannulla d-deċiżjoni ta’ assenjazzjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tal-1 ta’ Frar 2012 li tassenja lir-rikorrenti fl-unità D5 minflok fl-unità A4;

jikkundanna lill-Kummissjoni tħallas lir-rikorrenti ammont ta’ EUR 3000 bħala kumpens għal danni morali;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.