Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesgericht Korneuburg (l-Awstrija) fit-18 ta’ Ġunju 2020 – AG et vs Austrian Airlines AG

(Kawża C-270/20)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesgericht Korneuburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: AG, MG, HG, kollha minuri u rappreżentati legalment

Konvenuta: Austrian Airlines AG

Domanda preliminari

L-Artikolu 7(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li t-trasportatur tal-ajru jista’ wkoll inaqqas l-ammont tal-kumpens previst fl-Artikolu 7(1)(b) ta’ dan ir-regolament meta, wara l-kanċellazzjoni tat-titjira rriżervata, tiġi offruta lill-passiġġieri titjira alternattiva li l-ħin tat-tluq skedat u l-ħin tal-wasla skedat tagħha huma previsti 11-il siegħa u 55 minuta qabel il-ħinijiet tat-titjira kkanċellata?

____________

1     Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta' kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).