Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Cluj (ir-Rumanija) fit-23 ta’ Lulju 2019 – Impresa Pizzarotti & C SPA Italia Sucursala Cluj vs Agenţia Naţională de Administrare Fiscală – Direcţia Generală de Administrare a Marilor Contribuabili

(Kawża C-558/19)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul Cluj

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Impresa Pizzarotti & C SPA Italia Sucursala Cluj

Konvenuta: Agenţia Naţională de Administrare Fiscală – Direcţia Generală de Administrare a Marilor Contribuabili

Domanda preliminari

L-Artikoli 49 u 63 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni (l-Artikolu 11(2) u l-Artikolu 29(3) tal-Legea nr. 571/2003 privind Codul fiscal (il-Liġi Nru 571/2003 li Tistabbilixxi l-Kodiċi tat-Taxxi)), li tippermetti li trasferiment bankarju ta’ fondi minn fergħa residenti fi Stat Membru lill-kumpannija omm tagħha residenti fi Stat Membru ieħor jiġi rriklassifikat bħala “tranżazzjoni li tiġġenera dħul”, b’mod li l-applikazzjoni tar-regoli fil-qasam tal-prezzijiet tat-trasferiment issir obbligatorja, filwaqt li, jekk l-istess tranżazzjoni tkun saret bejn fergħa u kumpannija omm, it-tnejn li huma residenti fl-istess Stat Membru, din ma kinitx tkun tista’ tiġi rriklassifikata hekk u l-imsemmija regoli ma kinux jiġu applikati?

____________