Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-15 ta' Diċembru 2010 - Saracco vs BĊE

(Kawża F-66/09) 1

(Servizz Pubbliku - Persunal tal-BĊE - Leave għal raġunijiet personali - Terminu massimu - Rifjut ta' estensjoni)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Roberta Saracco (Arona, l-Italja) (rappreżentant: F. Parrat, avukat)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: F. Malfrère, G. Nuvoli, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-BĊE li tirrifjuta t-tiġdid ta' leave għal raġunijiet personali.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

R. Saracco għandha tbati l-ispejjeż kollha.

____________

1 - ĠU C 205, 29.08.2009, p. 51.