Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzgericht (l-Awstrija) fis-16 ta’ April 2020 – AZ vs Finanzamt Hollabrunn Korneuburg Tulln

(Kawża C-163/20)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: AZ

Konvenut: Finanzamt Hollabrunn Korneuburg Tulln

Domanda preliminari

L-Artikolu 18 TFUE u l-Artikolu 45(1) TFUE, l-Artikolu 7(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 492/2011 1 , l-Artikolu 4, l-Artikolu 5(b), l-Artikolu 7 u l-Artikolu 67 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 2 kif ukoll it-tieni sentenza tal-Artikolu 60(1) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 3 għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li l-benefiċċji tal-familja għal wild li ma huwiex effettivament jirrisjedi b’mod permanenti fl-Istat Membru li jħallas dawn il-benefiċċji tal-familja, iżda li effettivament jirrisjedi fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea, f’parti kontraenti oħra għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea jew fl-Isvizzera, għandhom jiġu adattati fuq il-bażi tal-livelli komparattivi tal-prezzijiet, ippubblikati mill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea, għall-Istat ikkonċernat b’rabta mal-Istat Membru li jħallas il-benefiċċji tal-familja?

____________

1     Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni (ĠU 2011, L 141, p. 1).

2     Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72).

3     Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU 2009, L 284, p. 1).