Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (Senāts) (il-Latvja) fis-27 ta’ Diċembru 2019 – AS “4finance” vs Patērētāju tiesību aizsardzības centrs

(Kawża C-944/19)

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Augstākā tiesa (Senāts)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti fl-ewwel istanza u appellanti fuq punt ta’ liġi: AS “4finance”

Konvenut fil-proċedura ta’ appell: Patērētāju tiesību aizsardzības centrs

Domandi preliminari

Il-kunċett tal-“ispiża totali tal-kreditu lill-konsumatur”, iddefinit fl-Artikolu 3(g) tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE 1 huwa kunċett awtonomu tad-dritt tal-Unjoni Ewropea?

L-ispejjeż għall-estensjoni tal-kreditu huma inklużi fil-kunċett tal-“ispiża totali tal-kreditu lill-konsumatur”, iddefinit fl-Artikolu 3(g) tad-Direttiva 2008/48/KE, f’ċirkustanzi bħal dawk f’dan il-każ, jekk il-klawżoli dwar l-estensjoni tal-kreditu jagħmlu parti mit-termini u l-kundizzjonijiet tal-kuntratt ta’ kreditu mifthiema bejn il-persuna li tissellef u l-persuna li ssellef?

____________

1 ĠU 2008 L 133, p. 66, rettifika fil-ĠU 2009 L 207, p. 14, fil-ĠU 2010 L 199, p. 40 u fil-ĠU 2011 L 234, p. 46.