Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fit-8 ta’ Frar 2019 – Pfeifer & Langen GmbH & Co. KG vs Hauptzollamt Köln

(Kawża C-97/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Pfeifer & Langen GmbH & Co. KG

Konvenut: Hauptzollamt Köln

Domanda preliminari

L-Artikolu 78(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li, skont din id-dispożizzjoni, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, hemm lok li tiġi vverifikata u rrettifikata dikjarazzjoni doganali b’tali mod li l-informazzjoni dwar id-dikjarant tiġi ssostitwita bir-riferiment għall-persuna li lilha nħareġ ċertifikat ta’ importazzjoni għall-merkanzija importata u li din il-persuna hija rrappreżentata mill-persuna li kienet ġiet indikata fid-dikjarazzjoni doganali bħala dikjarant u li ppreżentat lill-uffiċċju doganali mandat tad-detentur taċ-ċertifikat ta’ importazzjoni?

____________

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307.