Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Uffiċċju tal-Imħallef tal-paci ta’ Lanciano (l-Italja) fit-28 ta’ Mejju 2020 – XX vs OO

(Kawża C-220/20)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Imħallef tal-paci ta’ Lanciano

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: XX

Konvenut: OO

Intervenjent: WW

Domanda preliminari

L-Artikolu 2, l-Artikolu 4(3), l-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 9 TUE, l-Artikolu 67(1) u (4) u l-Artikoli 81 u 82 TFUE, moqrija flimkien mal-Artikoli 1, 6, 20, 21, 31, 34, 45 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, jipprekludu dispożizzjonijiet ta’ dritt intern bħall-Artikoli 42, 83 u 87 tad-Digriet-Liġi Nru 18/2020, id-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Ministri tal-31 ta’ Jannar 2020 li ddikjarat l-istat ta’ urġenza sanitarja nazzjonali għal sitt xhur sal-31 ta’ Lulju 2020 u l-Artikoli 14 u 263 tad-Digriet-Liġi Nru 34/2020, li estendew l-istat ta’ urġenza nazzjonali dovuta għall-COVID-19 u l-paraliżi tal-ġustizzja ċivili u kriminali u tax-xogħol amministrattiv tal-qrati Taljani sal-31 ta’ Jannar 2021, dispożizzjonijiet moqrija flimkien, sa fejn jiksru l-indipendenza tal-qorti tar-rinviju u l-prinċipju ta’ smigħ xieraq kif ukoll id-drittijiet, li huma marbutin magħha, id-dinjità tal-persuni, il-libertà u s-sigurtà, l-ugwaljanza quddiem il-liġi, in-nondiskriminazzjoni, il-kundizzjonijiet ta’ xogħol ġusti u imparzjali, l-aċċess għall-provvisti tas-sigurtà soċjali, il-libertà ta’ moviment u ta’ residenza?

____________