Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-13 ta' Lulju 2010 - Allen et vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-103/09)1

(Servizz Pubbliku - Persunal impjegat fil-kuntest tal-proġett JET - Rikors għad-danni - Terminu raġjonevoli - Dewmien)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: John Allen (Horspath, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: P. Lasok, QC, I. Hutton u B. Lask, barristers)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti)

Suġġett

Talba għall-ħlas ta' kumpens għad-dannu sostnut mir-rikorrenti minħabba l-fatt li l-konvenuta ma impjegatx lir-rikorrenti bħala membri tal-persunal temporanju tal-Komunitajiet waqt iż-żmien li fih huma kienu impjegati mal-impriża konġunta JET.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

J. Allen u l-110 rikorrent li isimhom huwa mniżżel fil-lista tar-rikorrenti huma kkundannati għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 37, 12.2.2010.