Language of document :

Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Lulju 2013 – ZZ vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża F-22/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: M. Pecyna, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni li tirrifjuta r-reklutaġġ tar-rikorrent peress li huwa ma jissodisfax il-kriterji ta’ eliġibbiltà stabbiliti fl-avviż ta’ kompetizzjoni EPSO/AD/207/11.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni B.2 fid-Direttorat Ġenerali Riżorsi Umani u Siġurtà tal-Kummissjoni Ewropea tas-26 ta’ Settembru 2012 li rrifjutat ir-reklutaġġ tiegħu mal-Kummissjoni (ESTAT) mil-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni EPSO/AD/207/11 u li żżid kumment fil-lista ta’ riżerva tal-imsemmija kompetizzjoni sabiex is-servizzi tal-Kummissjoni jiġu informati li r-rikorrent ma ssodisfax il-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà għal dik il-kompetizzjoni;

jekk ikun il-każ, jannulla d-deċiżjoni mogħtija fil-25 ta’ Frar 2013 mid-Direttur tad-DG HR.D.2 tal-Kummissjoni Ewropea, li tiċħad l-ilment imressaq minn ZZ (Nru R/696/12);

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.