DIGRIET TAL-PRESIDENT TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU
ta’ l-10 ta’ Settembru 2007
Kawża F-83/07 R
Brigitte Zangerl-Posselt
vs
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
“Servizz pubbliku – Proċeduri għal miżuri provviżorji – Kompetizzjoni – Inammissjoni għall-eżamijiet – Talba għal miżuri provviżorji – Urġenza – Nuqqas”
Suġġett : Rikors ippreżentat skond l-Artikoli 242 KE, 243 KE, 157 EA u 158 EA, li permezz tiegħu B. Zangerl-Posselt, li kienet kandidata fil-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AST/27/06, organizzata mill-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) sabiex tiġi stabbilita lista ta’ riżerva għal assistenti tal-lingwa Ġermaniża, titlob lill-Imħallef għal miżuri provviżorji sabiex jordna lill-Kummissjoni tawtorizzaha tipparteċipa, b’mod provviżorju, fl-eżamijiet tal-kompetizzjoni.
Deċiżjoni : It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda. L-ispejjeż huma rriżervati.
Sommarju
1. Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni ta’ eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Miżuri li ma jippreġudikawx id-deċiżjoni fuq il-mertu – Talba għal ammissjoni provviżorja għall-eżamijiet ta’ kompetizzjoni – Kundizzjoni mhux issodisfata
[Artikolu 242 KE u 243 KE ; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)]
2. Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni ta’ eżekuzzjoni – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Rifjut ta’ applikazzjoni għal kompetizzjoni – Nuqqas
[Artikolu 242 KE ; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)]