Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-12 ta’ Diċembru 2019 – Novaol Srl vs Ministero dell’Economia e delle Finanze et

(Kawża C-917/19)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Novaol Srl

Konvenuti: Ministero dell’Economia e delle Finanze, Ministero dell’Ambiente e della Tutela del Territorio e del Mare, Ministero delle Politiche Agricole, Alimentari e Forestali e del Turismo, Ministero dello Sviluppo Economico

Domanda preliminari

Fl-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea – fid-dawl tal-Artikoli 107 u 108 TFUE, tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE 1 , kif emendat, tat-Taqsima I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta’ April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 93 tat-Trattat 2 u tal-eventwali dispożizzjonijiet ulterjuri tad-dritt tal-[Unjoni Ewropea] – jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, li hija bħala tali suġġetta għall-obbligu ta’ notifika minn qabel lill-Kummissjoni Ewropea, att normattiv sekondarju bħalma huwa r-regolament adottat permezz tad-Digriet Ministerjali Nru 37/2015 li huwa kkontestat f’dan il-każ li, b’eżekuzzjoni diretta ta’ sentenzi tal-Consiglio di Stato (il-Kunsill tal-Istat, l-Italja) li jipprovdu għall-annullament parzjali tar-regolamenti preċedenti li diġà ġew innotifikati lill-Kummissjoni, affettwa b’mod retroattiv il-modalità ta’ applikazzjoni tad-dazju tas-sisa mnaqqas fuq il-bijodiżil li jemenda b’mod retroattiv il-kriterji ta’ tqassim tal-benefiċċju bejn l-impriżi applikanti mingħajr estensjoni tat-terminu tal-programm ta’ vantaġġi fiskali?

____________

1     Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339).

2     Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta’ April 2004 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 4, p. 3, rettifika fil-ĠU 2015, L 72, p. 89).