Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (Italia) fil-11 ta’ Marzu 2019 – Parsec Fondazione Parco delle Scienze e della Cultura vs Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti, Autorità nazionale anticorruzione (ANAC)

(Kawża C-219/19)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Parsec Fondazione Parco delle Scienze e della Cultura

Konvenut: Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti, Autorità nazionale anticorruzione (ANAC)

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet ikkunsidrati flimkien tal-premessa 14, tal-Artikolu 19(1) u tal-Artikolu 80(2) tad-Direttiva 2014/24/UE 1 , jipprekludu dispożizzjoni bħall-Artikolu 46 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 50, tat-18 ta’ April 2016, li permezz tagħha l-Italja ttransponiet fl-ordinament ġuridiku tagħha d-Direttivi 2014/23/UE 2 , 2014/24/UE u 2014/25/UE 3 , u li tippermetti biss lil dawk l-operaturi ekonomiċi li huma kkostitwiti fil-forom legali inklużi fiha jipparteċipaw fis-sejħiet għal offerti għall-għoti ta’ “servizzi ta’ arkitettura u inġinerija”, fatt li għandu l-effett li jiġu esklużi mill-parteċipazzjoni f’dawn is-sejħiet għal offerti l-operaturi ekonomiċi li jipprovdu dawn is-servizzi iżda li jużaw forma legali differenti?

____________

1     Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU 2014, L 94, p. 65).

2     Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni (ĠU 2014, L 94, p. 1).

3     Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU 2014, L 94. p. 243).