Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-25 ta' Jannar 2008 - Duyster vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-80/06)1

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Leave tal-ġenitur - Talba għall-irtirar tal-leave tal-ġenitur - lis pendens - Inammissibbiltà manifesta)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Duyster Tineke (Oetrange, il-Lussemburgu) (rappreżentant: W. van den Muijsenbergh, avocat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni ta' l-Awtorità tal-Ħatra (AIPN), tat-22 ta' Diċembru 2005, li tiddikjara inammissibbli t-talba mressqa mir-rikorrenti fis-6 ta' Diċembru 2005 fir-rigward tad-deċiżjoni ta' l-AIPN tas-17 ta' Novembru 2005 dwar id-data tal-bidu tal-leave tal-ġenitur tar-rikorrenti.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

Kull parti tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 261, 28.10.06, p.33.