Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Saarbrücken (il-Ġermanja) fit-23 ta’ Ottubru 2019 – Koch Media GmbH vs HC

(Kawża C-785/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Saarbrücken

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Koch Media GmbH

Konvenut: HC

Domandi preliminari

1.a)    L-Artikolu 14 tad-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li d-dispożizzjoni teżiġi li l-onorarji tal-avukat jkopru “spejjeż legali” jew “spejjeż oħra” sostnuti minn detentur ta’ drittijiet tal-proprjetà intellettwali fis-sens tal-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva, peress li d-detentur jinvoka, b’mod extraġudizzjarju, id-dritt għal talba għall-ħruġ ta’ mandat ta’ inibizzjoni kontra terz li jikser dawk id-drittijiet?

    b)    Fil-każ li tingħata risposta fin-negattiv għall-punt a tal-ewwel domanda: l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2004/48 għandu jiġi interpretat fis-sens li d-dispożizzjoni tkopri l-onorarji tal-avukat imsemmija fil-punt a tal-ewwel domanda bħala danni?

2.a)    Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari fir-rigward ta’

l-Artikoli 3, 13 u 14 tad-Direttiva 2004/48;

l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet ta’ l-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà ta’ l-informazzjoni 2 u

l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2009/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-protezzjoni legali ta’ programmi tal-kompjuter 3

għandu jiġi interpretat fis-sens li detentur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fis-sens tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2004/48 huwa bħala prinċipju intitolat għal rimbors tal-onorarji tal-avukat kollha msemmija fil-punt a tal-ewwel domanda jew għall-inqas għal parti raġonevoli u sostanzjali tagħhom, anki jekk:

l-allegat ksur ikun sar minn persuna fiżika barra mill-ħajja professjonali jew kummerċjali tagħha, u

leġiżlazzjoni nazzjonali tipprovdi f’każ bħal dan sabiex tali onorarji tal-avukat ikunu jistgħu ġeneralment jinġabru biss wara li jkun tnaqqas l-ammont fit-tilwima?

b)    Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-punt a tal-tieni domanda: id-dritt tal-Unjoni msemmi fil-punt a tat-tieni domanda għandu jiġi interpretat bħala li jfisser deroga mill-prinċipju msemmi fil-punt a tat-tieni domanda, li d-detentur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali għandu jiġi rrimborsat għall-onorarji tal-avukat kollha msemmija fil-punt a tal-ewwel domanda jew għall-inqas għal parti raġonevoli u sostanzjali tagħhom,

it-teħid inkunsiderazzjoni ta’ fatturi oħra (bħal kemm ix-xogħol huwa attwali, it-tul tal-pubblikazzjoni u d-dannu sostnut minn persuna fiżika minbarra l-interessi kummerċjali jew professjonali tagħha)

jista’ jiġi kkunsidrat,

anki jekk il-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fis-sens tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2004/48 jikkonsisti f’kondiviżjoni ta’ fajls, jiġifieri li xogħol ikun aċċessibbli għall-pubbliku billi jiġi offrut għat-tniżżil bla ħlas lill-membri kollha ta’ pjattaforma ta’ skambju li hija aċċessibbli liberament u li ma għandha l-ebda ġestjoni tad-drittijiet diġitali?

____________

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 2, p. 32.

2     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230.

3     ĠU 2009, L 111, p. 16.