Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-22 ta’ Mejju 2014 – CI vs Il-Parlament

(Kawża F-130/12) 1

(Servizz pubbliku – Remunerazzjoni – Allowances tal-familja – Allowance għall-ulied dipendenti – Allowance doppja għall-ulied dipendenti – Artikolu 67(3) tar-Regolamenti tal-Persunal – Kundizzjonijiet għall-għoti – Soluzzjoni bonarja bejn il-partijiet wara l-intervent tal-Ombudsman Ewropew – Implementazzjoni – Dmir ta’ premura)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: CI (rappreżentanti: B. Cortese u A. Salerno, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: E. Despotopoulou u M. Ecker, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tiċħad l-għoti tal-allowance doppja għall-ulied dipendenti skont l-Artikolu 67(3) tar-Regolamenti tal-Persunal.DispożittivId-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew, tal-5 ta’ Diċeembru 2011, li tirrifjuta t-tiġdid, sa mill-1 ta’ Ġunju 2008, tal-allowance doppja għall-ulied dipendenti, kif ukoll id-deċiżjoni tal-20 ta’ Lulju 2012, li tiċħad l-ilment, huma annullati.Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.Il-Parlament Ewropew għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti minn CI.