Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Högsta domstolen (l-Isvezja) fis-27 ta’ Frar 2020 – Ir-Repubblika tal-Polonja vs PL Holdings Sàrl

(Kawża C-109/20)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Högsta domstolen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Polonja

Konvenuta: PL Holdings Sàrl

Domandi preliminari

L-Artikoli 267 u 344 TFUE, kif interpretati mis-sentenza Achmea 1 , ifissru li ftehim ta’ arbitraġġ ikun invalidu jekk ikun ġie konkluż bejn Stat Membru u investitur — fejn ftehim ta’ investiment ikun fih klawżola ta’ arbitraġġ li tkun invalida b’riżultat tal-fatt li l-kuntratt kien ġie konkluż bejn żewġ Stati Membri — minkejja l-fatt li l-Istat Membru, wara li nbdew proċeduri ta’ arbitraġġ mill-investitur, iżomm lura, bir-rieda ħielsa tal-Istat, milli jqajjem eċċezzjonijiet fir-rigward tal-ġurisdizzjoni?

____________

1     Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tas-6 ta’ Marzu 2018 (C-284/16, Achmea, EU:C:2018:158)