Language of document :

Rikors ippreżentat fit-28 ta' Marzu 2007 - Quadu vs Il-Parlament Ewropew

(Kawża F-29/07)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Sandro Quadu (Brussell, il-Belġju) [rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u E. Marchal, avocats]

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet tar-rikorrrent

tannulla d-deċiżjoni ta' l-Awtorità Investita bis-Setgħa tal-Ħatra, tas-26 ta' April 2006, li taħtar lir-rikorrent uffiċjal tal-Komunitajiet Ewropej safejn tikklassifikah fil-grad AST 2, livell 3;

tikkundanna lill-konvenut ibati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta' deċiżjoni tas-26 ta' April 2006, ir-rikorrent, li, f'dak iż-żmien, kien aġent temporanju tal-Parlament Ewropew fil-grad C*4, livell 7, u li għadda minn kompetizzjoni interna għal assistenti klerikali (karriera C4-5) nru C/348, ippubblikata qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 723/2004, li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal ta' l-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kundizzjonijiet ta' l-Impjieg ta' ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej 1, ġie maħtur bħala uffiċjal ikklassifikat fil-grad AST 2, livell 3.

Fir-rikors tiegħu, ir-rikorrent isostni, b'mod partikolari, il-ksur ta' l-avviż tal-kompetizzjoni kif ukoll tal-prinċipju ta' trattament ugwali u tal-prinċipju ta' non diskriminazzjoni. B'mod partikolari, huwa jakkuża lill-amministrazzjoni talli interpretat l-Artikolu 5(4) ta' l-Anness XIII tar-Regoli tal-Persunal fis-sens li l-aġenti temporanji maħtura bħala uffiċjali m'għandhomx id-dritt li jżommu l-grad u l-livell li kellhom qabel ħlief fl-eventwalità li l-ħatra tinvolvi bidla fil-kategorija għal waħda superjuri.

____________

1 - ĠUUE L 124, tas-27.04.2004, p. 1.