Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-13 ta' Diċembru 2007 - Sundholm vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-27/07)1

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Evalwazzjoni - Rapport ta' l-iżvilupp tal-karriera - Eżerċizzju ta' evalwazzjoni 2001/2002 - Assenza għal raġuni medika - Eżekuzzjoni ta' sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza - Artikolu 233 KE)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Asa Sundholm (Auderghem, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u M. Velardo, aġenti)

Suġġett tal-kawża

L-annullament tar-rapport ta' l-iżvilupp tal-karriera tar-rikorrenti għall-perijodu ta' bejn l-1 ta' Lulju 2001 u l-31 ta' Diċembru 2002, in eżekuzzjoni tas-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-20 ta' April 2005, Sundholm vs Il-Kummissjoni, T-86/04. Talba għad-danni.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Kull parti tbati l-ispejjeż tagħha stess.

____________

1 - ĠU C 117, 29.05.2007, p. 37.