Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Nacional (Spanja) fit-8 ta’ Awwissu 2018 – Engie Cartagena S.L. vs Ministerio para la Transición Ecológica (li qabel kien, Ministerio de Industria, Energía y Turismo)

(Kawża C-523/18)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Audiencia Nacional

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Engie Cartagena S.L.

Konvenut: Ministerio para la Transición Ecológica (li qabel kien, Ministerio de Industria, Energía y Turismo)

Domandi preliminari

Tikkostitwixxi obbligu ta’ servizz pubbliku skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3(2) tad-Direttivi 2003/54/KE 1 u 2009/72/KE 2 it-tielet dispożizzjoni addizzjonali tad-Digriet-Liġi Rjali 14/2010:

“Finanzjament ta’ programmi tal-ekonomija u ta’ effiċjenza tal-enerġija għas-snin 2011, 2012 u 2013”:

L-ammonti pagabbli mis-sistema elettrika maħsuba għall-finanzjament tal-pjan ta’ azzjoni 2008-2012, adottat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-Ministri tat-8 ta’ Lulju 2005 li timplimenta l-miżuri previsti mid-dokument “Strateġija ta’ ekonomija u effiċjenza tal-enerġija fi Spanja għall-perijodu 2004-2012” adottat b’deċiżjoni tal-Kunsill tal-Ministri tat-28 ta’ Novembru 2003, li jammontaw rispettivament għal EUR 270 miljun u għal EUR 250 miljun għas-snin 2011 u 2012, huma ffinanzjati permezz ta’ kontribuzzjonijiet minn kull waħda mill-impriżi produttriċi, skont il-perċentwali stabbiliti fit-tabella li ġejja:

Impriża

Perċentwal

Endesa Generación, S.A.

34.66

Iberdrola Generación, S.A.

32.71

GAS Natural S.D.G, S.A.

16.37

Hidroeléctrica del Cantábrico, S.A.    

4.38

E.ON Generación, S.L.

2.96

AES Cartagena, S.R.L.

2.07

Bizkaia Energía, S.L.

1.42

Castelnou Energía, S.L.

1.58

Nueva Generadora del Sur, S.A.

1.62

Bahía de Bizkaia Electricidad, S.L.

1.42

Tarragona Power, S.L.

0.81

Total

100.00

Jekk din id-dispożizzjoni effettivament tikkostiwixxi obbligu ta’ servizz pubbliku, dan l-obbligu huwa ddefinit b’mod ċar, transparenti, mhux diskriminatorju u verifikabbli?

____________

1      Id-Direttiva 2003/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2003 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam ta’ l-elettriku u li tħassar id-Direttiva 96/92/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 12, Vol. 2, p. 211)

2     Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE (ĠU 2009 L 211, p. 55)