Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-22 ta’ Lulju 2020 – Conseil national des centres commerciaux vs Premier ministre, Ministre de l’Économie, des Finances et de la Relance, Ministre de la cohésion des territoires et des relations avec les collectivités territoriales

(Kawża C-325/20)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Conseil national des centres commerciaux

Konvenuti: Premier ministre, Ministre de l’Économie, des Finances et de la Relance, Ministre de la cohésion des territoires et des relations avec les collectivités territoriales

Domanda preliminari

L-Artikolu 14(6) tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti l-preżenza, fi ħdan korp kolleġġjali kompetenti biex jadotta opinjoni dwar liċenzja ta’ operat kummerċjali, ta’ persuna kkwalifikata li tirrappreżenta l-qafas ekonomiku, li r-rwol tagħha jkun limitat biex tippreżenta s-sitwazzjoni tal-qafas ekonomiku fiż-żona kummerċjali rilevanti u l-impatt tal-proġett fuq dan il-qafas ekonomiku, mingħajr ma tipparteċipa fil-vot dwar l-applikazzjoni għal liċenzja?

____________

1 ĠU 2006, L 376, p. 36.