Language of document :

Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Awwissu 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-112/15)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: R. Rata, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tinkludix lir-rikorrent fil-lista ta’ uffiċjali promossi skont il-proċedura ta’ promozzjoni 2014.

Talbiet

Tannulla d-deċiżjoni tal-14 ta’ Novembru 2014 tal-Awtorità tal-Ħatra tal-Kummissjoni Ewropea, maħruġa permezz ta’ Avviż Amministrattiv Nru 41-2014, li jistabbilixxi l-lista ta’ uffiċjali promossi skont il-proċedura ta’ promozzjoni 2014 sa fejn isem ir-rikorrent ma huwiex inkluż;tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mir-rikorrent.

____________