Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Helsingin hallinto-oikeus (il-Finlandja) fit-23 ta’ Lulju 2020 – A SCPI

(Kawża C-342/20)

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Helsingin hallinto-oikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: A SCPI

Konvenuta: Veronsaajien oikeudenvalvontayksikkö

Domanda preliminari

L-Artikoli 49, 63 u 65 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjonijiet legali nazzjonali li jipprovdu li huma biss fondi miftuħa ta’ investiment barranin stabbiliti f’forma kuntrattwali li jistgħu jitqiesu li huma ekwivalenti għal fondi ta’ investiment Finlandiżi eżentati mit-taxxa fuq id-dħul, b’tali mod li fondi ta’ investiment barranin li l-forma legali tagħhom ma hijiex stabbilita b’kuntratt huma suġġetti għal taxxa f’ras il-għajn fil-Finlandja, minkejja li ma hemm ebda differenza oġġettiva sinjifikattiva oħra bejnhom u l-fondi ta’ investiment Finlandiżi?

____________