Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d’appel, Rechtbank Amsterdam – il-Lussemburgu, il-Pajjiżi l-Baxxi) – Eżekuzzjoni tal-mandati ta’ arrest Ewropew maħruġa kontra JR (C-566/19 PPU), YC (C-626/19 PPU)

(Kawżi magħquda C-566/19 PPU u C-626/19 PPU) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali – Mandat ta’ arrest Ewropew – Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI – Artikolu 6(1) – Kunċett ta’ ‘awtorità ġudizzjarja emittenti’ – Kriterji – Mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ mill-Prosekutur ta’ Stat Membru għall-finijiet ta’ proċeduri kriminali)

Lingwi tal-kawża: il-Franċiż u l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel, Rechtbank Amsterdam

Partijiet fil-kawża prinċipali

JR (C-566/19 PPU), YC (C-626/19 PPU)

Dispożittiv

L-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/299/ĠAI tas-26 ta’ Frar 2009, għandu jiġi interpretat fis-sens li jaqgħu taħt il-kunċett ta’ “awtorità ġudizzjarja emittenti”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, il-Prosekuturi ta’ Stat Membru, inkarigati mill-prosekuzzjoni u li kienu taħt id-direzzjoni u l-kontroll tas-superjuri ġerarkiċi tagħhom, peress li l-istatus tagħhom jagħtihom garanzija ta’ indipendenza, b’mod partikolari fir-rigward tal-poter eżekuttiv, fil-kuntest tal-ħruġ tal-mandat ta’ arrest Ewropew.

Id-Deċiżjoni Qafas 2002/584, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas 2009/299, għandha tiġi interpretata fis-sens li r-rekwiżiti inerenti għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva li għandha tibbenefika minnhom persuna li fir-rigward tagħha jkun inħareġ mandat ta’ arrest Ewropew għall-finijiet ta’ proċeduri kriminali huma ssodisfatti meta, skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru emittenti, il-kundizzjonijiet għall-ħruġ ta’ dan il-mandat u, b’mod partikolari, il-proporzjonalità tiegħu huma suġġetti għal stħarriġ ġudizzjarju f’dan l-Istat Membru.

____________

1     ĠU C 337, 7.10.2019.

    ĠU C 383, 11.11.2019.