Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fid-9 ta’ Marzu 2018 – Fusignano Due Srl vs Ministero dello Sviluppo Economico

(Kawża C-287/18)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Fusignano Due Srl

Konvenut: Ministero dello Sviluppo Economico

Domanda preliminari

L-Artikolu 3(3)(a) tad-Direttiva 2009/28/KE 1 għandu jiġi interpretat – anki fid-dawl tal-prinċipju ġenerali ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u tal-korp kumplessiv ta’ regoli stabbiliti mid-Direttiva sabiex tinċentiva l-produzzjoni ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli – fis-sens li dan jeskludi l-kompatibbiltà, mad-dritt tal-Unjoni Ewropea, ta’ dispożizzjoni nazzjonali li tippermetti lill-Gvern Taljan li, permezz ta’ digrieti ta’ implimentazzjoni suċċessivi, jipprevedi t-tnaqqis jew saħansitra t-tneħħija tat-tariffi ta’ inċentiva stabbiliti preċedentement?

____________

1     Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (ĠU L 140, p. 16).