Language of document :

Rikors ippreżentat fid-29 ta' Awwissu 2008 - Ramaekers-Jørgensen vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-74/08)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ramaekers-Jørgensen (Geneval, il-Belġju) (rappreżentanti: L. Vogel, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett

Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li tikkalkola t-taxxa Komunitarja tar-rikorrenti billi tgħodd flimkien l-ammont tar-remunerazzjoni personali u tal-pensjoni tas-superstiti, kif ukoll tad-deċiżjoni ta' ċaħda tat-talba intiża sabiex it-taxxa Komunitarja imposta fuq il-pensjoni tas-superstiti ma tkunx imnaqqsa bil-quddiem, jiġifieri qabel il-ħlas tal-pensjoni tas-supersiti, mill-ammont tar-remunerazzjoni tagħha. Min-naħa l-oħra, il-konstatazzjoni tal-illegalità tal-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 260/68, kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kunsill Nru 2182/2003.

It-talbiet tar-rikorrenti

Tannulla d-deċiżjoni adottata mill-Awtorità tal-Ħatra fl-20 ta' Mejju 2008, li permezz tagħha ġiet miċħuda l-kontestazzjoni mressqa fis-16 ta' Jannar 2008, intiża għall-annullament parzjali tad-deċiżjoni tas-16 ta' Ottubru 2007, safejn hija tiddefinixxi l-modalitajiet tal-kalkolu u tal-ġbir tat-taxxa Komunitarja dwar il-pensjoni tas-superstiti mogħtija lir-rikorrenti ;

safejn huwa neċessarju, tannulla wkoll, parzjalment, l-imsemmija deċiżjoni tas-16 ta' Ottubru 2007, safejn hija ppreċiżat il-modalitajiet tal-kalkolu u tal-impożizzjoni tat-taxxa Komunitarja dwar il-pensjoni tas-superstiti mogħtija lir-rikrorenti ;

skont l-Artikolu 241 tat-Trattat, tikkonstata l-illegalità tal-Artikoli 3 u 4 tar- Regolament tal-Kunsill Nru 260/68, kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kunsill Nru 2182/2003, safejn l-imsemmija dispożizzjonijiet jipprovdu li, għal-finijiet tal-kalkolu tat-taxxa Komunitarja applikabbli, il-pensjoni tas-superstiti mogħtija lill-uffiċjal għandha tingħadd flimkien mal-paga ta' dan l-uffiċjal;

tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.

____________