Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-13 ta' Diċembru 2007 - Soares vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-130/05)1

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Rikostituzzjoni tal-karriera - Nuqqas ta' rapport ta' evalwazzjoni - Eżami komparattiv tal-merti - Talba skond l-Artikolu 90 (1) ta' l-Istatut - Ammissibbiltà tar-rikors - Fatt ġdid u sostantiv)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Carlos Alberto Soares (Brussell, il-Belgju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Cooen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u K. Herrmann)

Suġġett tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni ta' l-Awtorità tal-Ħatra (AIPN) tad-19 ta' Settembru 2005 li tiċħad l-ilment tar-rikorrent intiż għal reviżjoni favorevoli tal-karriera tiegħu.

Dispożittiv

Ir-rikors għandu jiġi miċħud.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 60, 11.03.2006, p. 57