Language of document :

Rikors ippreżentat fis-16 ta' Marzu 2009 - Van Neyghem vs Il-Kunsill

(Kawża F-25/09)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Kris Van Neyghem (Tienen, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, E. Marchal, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss għall-grad AST 7 bħala parti mill-proċedura ta' promozzjoni 2008 u, sa fejn meħtieġ, tad-deċiżjonijiet li jiġu promossi għal dan il-grad uffiċjali b'inqas mertu.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-AIPN li ma tippromwovix lir-rikorrent għall-grad AST 7 bħala parti mill-proċedura ta' promozzjoni 2008 u, sa fejn meħtieġ, tad-deċiżjonijiet li jiġu promossi għal dan il-grad uffiċjali b'inqas mertu;

tikkundanna liIl-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.

____________