Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Marzu 2019 – L-Isvezja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-837/16) 1

(“REACH – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza l-użu tas-sulfokromat taċ-ċomb isfar u s-sulfat tal-molibdat tal-kromat taċ-ċomb aħmar – Artikolu 60(4) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 – Eżami tan-nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ alternattivi – Żball ta’ liġi”)

Lingwa tal-kawża: L-Isvediż

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: inizjalment A. Falk u F. Bergius, sussegwentement A. Falk, C. Meyer-Seitz, H. Shev u J. Lundberg, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lindenthal, K. Mifsud-Bonnici, K. Simonsson u G. Tolstoy, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrent: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: inizjalment C. Thorning u M. Wolff, sussegwentement M. Wolff u J. Nymann-Lindegren, aġenti); ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentanti: A. Neergaard u A. Tamás, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-kovenuta L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, (rappreżentanti: M. Heikkilä, W. Broere u C. Schultheiss, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C (2016) 5644 finali tas-7 ta’ Settembru 2016 li tawtorizza għal ċerti użi s-sulfokromat taċ-ċomb isfar u s-sulfat tal-molibdat tal-kromat taċ-ċomb aħmar taħt ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

Dispożittiv

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C (2016) 5644 finali tas-7 ta’ Settembru 2016 li tawtorizza għal ċerti użi s-sulfokromat taċ-ċomb isfar u s-sulfat tal-molibdat tal-kromat taċ-ċomb aħmar taħt ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006, hija annullata.

It-talba tal-Kummissjoni intiża għaż-żamma, fil-każ ta’ annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C (2016) 5644 finali tas-7 ta’ Settembru 2016, tal-effetti ta’ din id-deċiżjoni sakemm hija tkun tista’ teżamina mill-ġdid l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni hija miċħuda.

Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mir-Renju tal-Isvezja.

Ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika tal-Finlandja u l-Parlament Ewropew għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

____________

1     ĠU C 38, 6.2.2017.