Language of document :

Rikors ippreżentat fit-30 ta' Jannar 2009 - Faria vs UASI

(Kawża F-7/09)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Marie-Hélène Faria (Muchamiel, Spanja) (rappreżentant: L. Levi, Avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u disinni)

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

It-talba għal annullament tar-rapport ta' evalwazzjoni għall-perijodu bejn l-1 ta' Ottubru 2006 sat-30 ta' Settembru 2007, kif ukoll il-kundanna tal-konvenut għall-ħlas tad-danni subiti mir-rikorrenti.

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla r-rapport ta' evalwazzjoni għall-perijodu bejn l-1 ta' Ottubru 2006 sat-30 ta' Settembru 2007;

safejn possibbli, tannulla d-deċiżjoni tas-17 ta' Ottubru 2008, li tiċħad l-ilment ippreżentat mir-rikorrenti;

tikkundanna l-konvenut għall-ħlas tad-danni bħala kumpens tad-dannu morali subit, stmat ex aequo et bono għal EUR 100 000;

tikkundanna lil UASI għall-ispejjeż.

____________