Language of document : ECLI:EU:C:2013:385

Kawża C‑386/11

Piepenbrock Dienstleistungen GmbH & Co. KG

vs

Kreis Düren

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Düsseldorf)

“Kuntratti pubbliċi — Direttiva 2004/18/KE — Kunċett ta’ ‘kuntratt pubbliku’ — Artikolu 1(2)(a) — Kuntratt konkluż bejn żewġ awtoritajiet lokali — Trasferiment minn entità waħda, tar-responsabbiltà għat-tindif ta’ xi bini tagħha, lill-entità l-oħra, inkambju għal kumpens finanzjarju”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-13 ta’ Ġunju 2013

1.        Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi — Direttiva 2004/18 — Kuntratt pubbliku — Kunċett — Kuntratt b’titolu oneruż — Inklużjoni — Kundizzjonijiet

(Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/18, Artikolu 1(2) u Anness II A)

2.        Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi — Direttiva 2004/18 — Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Kunċett — Kuntratt konkluż bejn żewġ entitajiet pubbliċi li jipprovdi għat-trasferiment, minn waħda mill-entitajiet, tal-funzjoni ta’ tindif ta’ xi bini tagħha, lill-entità l-oħra, inkambju għal kumpens finanzjarju, u li jawtorizza lil din tal-aħħar tirrikorri għal terzi sabiex iwettqu l-imsemmija funzjoni — Inklużjoni

(Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/18, Artikolu 1(2)(d))

1.        Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 28‑31)

2.        Kuntratt li permezz tiegħu, mingħajr ma tiġi stabbilita kooperazzjoni bejn l-entitajiet pubbliċi kontraenti bl-iskop li titwettaq funzjoni ta’ servizz pubbliku komuni, entità pubblika tinkariga lil entità pubblika oħra bil-funzjoni li tnaddaf xi bini użat bħala uffiċċji, bini amministrattiv u skejjel, filwaqt li tirriżerva s-setgħa li tivverifika t-twettiq tajjeb ta’ din il-funzjoni, inkambju għal kumpens finanzjarju li jitqies li jikkorrispondi għall-ispejjeż inkorsi għat-twettiq tal-imsemmija funzjoni, bl-awtorizzazzjoni, barra minn hekk, lit-tieni entità li tirrikorri għal terzi li possibbilment ikollhom il-kapaċità li jaġixxu fis-suq għat-twettiq ta’ din il-funzjoni, jikkostitwixxi kuntratt pubbliku għal servizzi fis-sens tal-Artikolu 1(2)(d) tad-Direttiva 2004/18, fuq koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi].

(ara l-punt 41 u d-dispożittiv)