Language of document : ECLI:EU:T:2019:555


 


 



Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Awwissu 2019 – BASF/Il-Kummissjoni

(Kawża T-472/19 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Prodott mediċinali – Awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq – Esteri etiliċi tal-aċidu Omega-3 – Nuqqas ta’ urġenza”

1.      Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Fumus boni juris – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Natura kumulattiva – Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni – Ordni ta’ eżami u metodu ta’ verifika – Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji

(Artikolu 256(1), 278 u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156(4))

(ara l-punti 11-14)

2.      Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Oneru tal-prova – Dannu purament ipotetiku bbażat fuq is-seħħ ta’ avvenimenti futuri u inċerti – Karattru insuffiċjenti biex tiġi ġġustifikata l-urġenza

(Artikolu 278 u 279 TFUE)

(ara l-punti 17, 18)

3.      Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Oneru tal-prova – Dannu finanzjarju – Obbligu li jiġu pprovduti indikazzjonijiet konkreti u preċiżi, sostnuti bi provi dokumentarji fid-dettall – Sitwazzjoni li tista’ tipperikola l-eżistenza tal-kumpannija rikorrenti

(Artikolu 278 u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156(4))

(ara l-punti 19-21)

4.      Proċeduri għal miżuri provviżorji – Rekwiżiti formali – Preżentazzjoni tat-talbiet – Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati – Motivi ta’ dritt li ma ġewx esposti fir-rikors u fin-noti – Riferiment ġenerali għal dokumenti oħra – Inammissibbiltà

(Artikolu 278 u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156(4)u (5))

(ara l-punt 22)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għall-ħruġ ta’ miżuri provviżorji maħsuba sabiex tinkiseb is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta’ eżekuzzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Ġunju 2019 fir-rigward, fil-kuntest tal-Artikolu 31 tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-awtorizzazzjonijiet ta’ tqegħid fis-suq tal-prodotti mediċinali għal użu mill-bniedem li jinkludu “esteri etiliċi tal-aċidu Omega-3” għall-użu orali fil-prevenzjoni sekondarja wara infart mijokardiku [C(2019)4336 finali].

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.