Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Awwissu 2019 – BASF vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-472/19 R)

(“Miżuri provviżorji – Prodotti mediċinali – Awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq – Esteri etiliċi tal-aċidu Omega-3 – Nuqqas ta’ urġenza”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: BASF AS (Oslo, in-Norveġja) (rappreżentanti: E. Wright, A. Rusanov u H. Boland,)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Haasbeek u A. Sipos, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għall-ħruġ ta’ miżuri provviżorji maħsuba sabiex tinkiseb is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta’ eżekuzzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Ġunju 2019 fir-rigward, fil-kuntest tal-Artikolu 31 tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-awtorizzazzjonijiet ta’ tqegħid fis-suq tal-prodotti mediċinali għal użu mill-bniedem li jinkludu “esteri etiliċi tal-aċidu Omega-3” għall-użu orali fil-prevenzjoni sekondarja wara infart mijokardiku [C(2019)4336 finali].

Dispożittiv

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________