Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-22 ta' Mejju 2007

López Teruel vs L-UASI

(Kawża F-97/06)1

(Uffiċjali -Invalidità - Ċaħda ta' talba sabiex jissejjaħ Kumitat ta' Invalidità)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Adelaida López Teruel (Guadalajara, Spanja) (rappreżentanti: G. Vandersanden, L. Levi u C. Ronzi, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (rappreżentant: M. I. de Medrano Caballero, aġent)

Suġġett tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni ta' l-UASI tat-2 ta' Settembru 2005, li ċaħdet it-talba tar-rikorrenti sabiex jiġi kkostitwit Kumitat ta' Invalidità sabiex jevalwa l-inkapaċità li hija taqdi l-funzjonijiet tax-xogħol tagħha u d-dritt tagħha li tirċievi pensjoni ta' invalidità.

Dispożittiv tas-sentenza

Id-deċiżjoni tas-6 ta' Ottubru 2005, li biha l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) ċaħad it-talba ta' López Teruel sabiex tinkiseb sejħa ta' Kumitat ta' Invalidità, hija annullata.

L-UASI huwa kkundannat ibati l-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 237 tat-30/09/06, p.24.