Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fid-19 ta’ Ġunju 2019 – UBS Real Estate Kapitalanlagegesellschaft mbH vs Agenzia delle Entrate
(Kawża C-479/19)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Corte suprema di cassazione
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: UBS Real Estate Kapitalanlagegesellschaft mbH
Konvenuta: Agenzia delle Entrate
Domandi preliminari
Id-dritt Komunitarju – u b’mod partikolari, id-dispożizzjonijiet tat-Trattat fil-qasam tal-libertà ta’ stabbiliment u tal-moviment liberu tal-kapital, kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja – jipprekludi l-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali bħall-Artikolu 35(10ter) tad-Decreto Legge n. 223/2006 (id-Digriet Liġi Nru 223/2006), sa fejn jillimita għall-fondi ta’ investiment immobbli magħluqa t-tnaqqis tat-taxxi ipotekarji u ta’ Reġistru tal-Artijiet?
____________