Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) ta' l-14 ta' Ġunju 2007 - De Meerleer vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-121/05)1

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Kompetizzjoni ġenerali - Inammissibbiltà għall-provi bil-miktub - Esperjenza professjonali - Obbligu ta' motivazzjoni - Notifika tad-deċiżjoni tal-bord- Talba għal eżami mill-ġdid)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Michel De Meerleer (Ophain-Bois-Seigneur-Isaac, Il-Belġju) (rappreżentant: E.Boigelat, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u K. Herrmann, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjonijiet tal-bord tal-kompetizzjoni EPSO/A/19/04 li ma jilqax il-kandidatura tar-rikorrent u li ma jieħux deċiżjoni fuq it-talba tiegħu għal eżami mill-ġdid, u, min-naħa l-oħra, talba għal kumpens tad-danni.

Dispożittiv tas-sentenza

Ir-rikors huwa miċħud.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

____________

1 - ĠU C 60 tal-11.03.2006, p. 52