Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia del País Vasco (Spanja) fis-6 ta’ Awwissu 2019 – Confederación Nacional de Centros Especiales de Empleo (CONACEE) vs Diputación Foral de Guipúzcoa

(Kawża C-598/19)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia del País Vasco

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Confederación Nacional de Centros Especiales de Empleo (CONACEE)

Konvenuta: Diputación Foral de Guipúzcoa

Domanda preliminari

L-Artikolu 20 tad-Direttiva 2014/24/UE 1 dwar l-akkwist pubbliku għandu jiġi interpretat fis-sens li l-portata suġġettiva tal-aċċess għall-kuntratti riżervati msemmija minn din l-istess dispożizzjoni ma tistax tiġi ddefinita f’termini li jeskludi mill-kamp ta’ applikazzjoni tagħha impriżi jew operaturi ekonomiċi li jissodisfaw il-kundizzjoni li mill-inqas 30 % tal-impjegati tagħhom ikunu persuni b’diżabbiltà u li jridu jilħqu l-għan jew l-objettiv li jippromwovu l-integrazzjoni soċjali u professjonali ta’ dawn il-persuni, billi timponi kundizzjonijiet supplimentari marbuta mal-kostituzzjoni, man-natura u mal-għanijiet tal-operaturi jew impriżi, mal-attività tagħhom jew mal-investimenti tagħhom, jew ma’ affarijiet oħra?

____________

1 Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU 2014, L 94, p. 65).