Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tas-26 ta’ Ġunju 2013 – Achab vs KESE

(Kawża F-21/12) 1

(Servizz pubbliku – Uffiċjali – Remunerazzjoni – Allowance tal-espatrijazzjoni – Kundizzjoni prevista fl-Artikolu 4(1)(a) u (b) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal – Irkupru tal-ammonti mħallsa indebitament)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Mohammed Achab (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: N. Lhoëst, avukat)

Konvenut: Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) (rappreżentanti: M. Arsène u G. Boudot, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li twaqqaf l-allowance tal-espatrijazzjoni lir-rikorrent u li tordna l-ikrupru retroattiv ta’ din l-allowance.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-9 ta’ Ġunju 2011 hija annullata sa fejn tordna l-ikrupru tal-allowances tal-espatrijazzjoni mħallsa lil M. Achab b’effett mill-1 ta’ Lulju 2010.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess u huwa kkundannat ibati nofs l-ispejjeż sostnuti minn M. Achab.

M. Achab għandu jbati nofs l-ispejjeż tiegħu.

____________

1 ĠU C 133, 05.05.12, p. 30.