Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-22 ta’ Mejju 2012 – AU vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża F-109/10) 1

(Servizz pubbliku – Membri tal-persunal bil-kuntratt – Pensjonijiet – Allowance għall-firda)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: AU (rappreżentant: R. Oehmen, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Martin u B. Eggers, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta l-ħlas ta’ allowance għall-firda lir-rikorrent.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

AU għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess u huwa kkundannat li jbati l-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea.

____________

1  ĠU C 13, 15.01.2011, p. 43.