Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ April 2014 – Camacho-Fernandes vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-16/13) 1

(Servizz pubbliku – Uffiċjali – Sigurtà soċjali – Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal – Mard ikkaġunat mix-xogħol – Espożizzjoni għall-asbestos u għal sustanzi oħra – Kumitat mediku – Rifjut li jiġi rrikonoxxut l-oriġini tal-marda kkaġunata mix-xogħol li waslet għall-mewt tal-uffiċjal – Regolarità tal-opinjoni tal-kumitat mediku – Prinċipju ta’ kolleġjalità – Mandat – Motivazzjoni – Prinċipju ta’ trattament ugwali)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Ivo Camacho-Fernandes (Funchal, il-Portugall) (rappreżentant: N. Lhoëst, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u V. Joris, aġenti)SuġġettTalba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Iskema komuni ta’ assigurazzjoni għall-mard inkwantu tikkonferma l-konklużjonijiet tal-abozz ta’ deċiżjoni li tiċħad it-talba għal rikonoxximent tal-oriġini tal-marda kkaġunata mix-xogħol li minħabba fiha mart ir-rikorrent, ex uffiċjal, mietet.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.I. Camacho-Fernandes għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.