Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fid-19 ta’ Frar 2020 – Hauptzollamt B vs XY

(Kawża C-87/20)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Hauptzollamt B

Konvenut: XY

Domandi preliminari

1.    L-Artikolu 57(5)(a) tar-Regolament Nru 865/2006 1 , kif emendat bir-Regolament 2015/870, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-persuna li timporta kwantità totali ta’ iktar minn 125 gramma ta’ kavjar tal-ispeċi storjun (Acipenseriformes spp.) f’kontenituri b’marka individwali, mingħajr ma tippreżenta dokument ta’ riesportazzjoni jew permess ta’ importazzjoni, għandha tkun tista’ żżomm kwantità ta’ 125 gramma kavjar sakemm l-importazzjoni ma ssir għal ebda wieħed mill-iskopijiet elenkati fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 57(1) tar-Regolament Nru 865/2006 ?

Fil-każ li għal din id-domanda tingħata risposta fl-affermattiv:

2.    Il-kampjuni li jiddaħħlu fit-territorju doganali tal-Unjoni jagħmlu parti mill-oġġetti personali jew domestiċi msemmija fl-Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 338/97 2 anki jekk, fil-mument li dawn jiddaħħlu, il-persuna li tkun qiegħda timportahom tiddikjara li trid tagħtihom bħala rigal lil persuna oħra?

____________

1     Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 865/2006 tal-4 ta’ Mejju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom (ĠU 2006, L 166, p. 1).

2     Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 tad-9 ta’ Diċembru 1996 dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 3, p. 136).