Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-First-tier Tribunal (Tax Chamber) (ir-Renju Unit) fis-16 ta’ Ottubru 2019 – JCM Europe (UK) Ltd vs Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs

(Kawża C-760/19)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

First-tier Tribunal (Tax Chamber)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellanti: JCM Europe (UK) Ltd

Konvenut: Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs

Domandi preliminari

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1760 tat-28 ta’ Settembru 2016 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda (NM) 1 , huwa invalidu inkwantu jikklassifika l-validatur tal-karti tal-flus u l-kaxxi tal-flus li jinsabu speċifikati fl-imsemmi regolament taħt il-kodiċi NM 8472 90 70, minflok taħt il-kodiċi NM 9031 49 90?

B’mod partikolari, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2016/1760 huwa invalidu inkwantu:

jirrestrinġi b’mod indebitu l-kamp ta’ applikazzjoni tal-intestatura 9031;

jestendi b’mod indebitu l-kamp ta’ applikazzjoni tal-intestatura 8472;

jieħu inkunsiderazzjoni kriterji li ma jistgħux jittieħdu inkunsiderazzjoni;

ma jiħux debitament inkunsiderazzjoni n-noti ta’ spjega, intestaturi tan-NM u/jew ir-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni meta jikklassifika l-prodott kif indikat fl-imsemmi regolament[?]

____________

1 ĠU 2016, L 269, p. 6.