Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nederlandstalige rechtbank van eerste aanleg Brussel (il-Belġju) fis-6 ta’ Frar 2020 – Vogel Import Export NV vs Belgische Staat

(Kawża C-62/20)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Nederlandstalige rechtbank van eerste aanleg Brussel

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Vogel Import Export NV

Konvenut: Belgische Staat

Domandi preliminari

In-Nomenklatura Magħquda kif tinsab fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 1 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana – fid-dawl ukoll tal-verżjonijiet lingwistiċi differenti tal-intestatura tariffarja 4409 u tan-Noti ta’ Spjega tas-SA dwar l-intestaturi tariffarji 4407 u 4409 – għandha tiġi interpretata fis-sens li l-merkanzija li hija s-suġġett tal-kawża prinċipali, jiġifieri tavli tal-injam inċanati fejn l-erba’ rkejjen kienu ġew ittondjati mat-tul kollu tat-tavla, għandhom jitqiesu bħala “b’forma kontinwa mat-tul kollu”, u, għaldaqstant, ikklassifikati taħt l-intestatura tariffarja 4409 jew ukoll it-tondjar tal-irkejjen ma jistax jitqies bħala “b’forma kontinwa mat-tul kollu” fejn għalhekk il-merkanzija għandha tiġi kklassifikata taħt l-intestatura tariffarja 4407?

Id-daqs tal-ittondjar huwa determinanti għall-klassifikazzjoni taħt l-intestatura tariffarja 4407 jew taħt l-intestatura tariffarja 4409?

____________

1 Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju, 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382).