Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-30 ta’ Settembru 2013 – BP vs FRA

(Kawża F-38/12) 1

(Servizz pubbliku – Persunal tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali – Membru tal-persunal bil-kuntratt – Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt għal żmien determinat għal żmien indeterminat – Assenjazzjoni mill-ġdid f’servizz ieħor sal-iskadenza tal-kuntratt – Rikors għal annullament – Rikors għad-danni)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: BP (Barcelona, Spanja) (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)

Konvenuta: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) (rappreżentanti: M. Kjærum, aġent, assistit minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

It-talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali li ma ġġeddidx il-kuntratt ta’ membru tal-persunal bil-kuntratt tar-rikorrenti u d-deċiżjoni li din tiġi ttrasferita f’dipartiment ieħor tal-aġenzija kif ukoll talba għad-danni għad-dannu materjali u morali allegatament sostnut.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.BP għandha tbati l-ispejjeż kollha tagħha u hija kkundannata tbati l-ispejjeż kollha sostnuti mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali.