Language of document :

Appell ippreżentat fl-14 ta’ Novembru 2019 mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fl-4 ta’ Settembru 2019 fil-Kawża T-308/18, Hamas vs Il-Kunsill

(Kawża C-833/19 P)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen, S. Van Overmeire, aġenti)

Parti oħra fil-proċedura: Hamas

Talbiet

L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-308/18;

tagħti deċiżjoni finali fuq id-domandi li huma s-suġġett ta’ dan l-appell; u

tikkundanna lir-rikorrenti fil-Kawża T-308/18 għall-ispejjeż sostnuti mill-Kunsill fl-ewwel istanza u fil-kuntest ta’ dan l-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

Fl-ewwel lok, il-Kunsill iqis li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fl-evalwazzjoni tagħha tat-tmien motiv għal annullament, ibbażat fuq “nuqqas ta’ awtentikazzjoni tal-espożizzjonijiet tal-motivi”, billi kkonkludiet li l-espożizzjonijiet tal-motivi marbuta mal-miżuri kkontestati kellhom jiġu ffirmati.

Fit-tieni lok, il-Kunsill jikkritika lill-Qorti Ġenerali talli żbaljat meta ma kkonkludietx li d-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet Amerikani kienu jikkostitwixxu bażi suffiċjenti sabiex il-Hamas tiġi inkluża fil-lista annessa mal-miżuri kkontestati.

____________